Dwarna

Dwarna

It-tim taċ-ċentru għal kontra l-velenu tal-ECHA qed jikkoordina x-xogħol li jsir internament fl-ECHA fuq l-għodod kollha tal-IT, il-gwida u l-appoġġ meħtieġ biex jassisti lill-partijiet ikkonċernati fl-obbligi tagħhom. Aħna naħdmu f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea biex nappoġġjaw kemm lill-industrija kif ukoll lill-korpi maħtura tal-Istati Membri u ċ-ċentri tagħhom għal kontra l-velenu.

Għandna għadd ta’ gruppi ta’ ħidma mmirati u ddedikati li jinkludu rappreżentanti mill-partijiet ikkonċernati kollha tagħna li jiltaqgħu regolarment biex jinvolvu ruħhom fid-diskussjonijiet u jaqblu dwar it-triq ’il quddiem. Il-gruppi ta’ ħidma tagħna jinkludu:

  • Grupp ta’ ħidma dwar l-utenti tal-għodod tal-IT
  • Grupp ta’ ħidma dwar l-abbozzar tal-gwida
  • Grupp ta’ ħidma dwar ir-regoli ta’ validazzjoni
  • Grupp ta’ ħidma tal-EuPCS
  • Korpi maħtura u grupp ta’ konsultazzjoni taċ-ċentri għal kontra l-velenu

Jekk jogħġbok uża l-formola ta’ kuntatt iddedikata tal-ECHA għal kwalunkwe kumment jew mistoqsija li jista’ jkollok.

Sfond legali

Skont l-Artikolu 45 tar-Regolament CLP, kumpaniji li jqiegħdu taħlitiet perikolużi fis-suq huma obbligati jipprovdu informazzjoni dwar ċerti taħlitiet perikolużi lill-korpi nazzjonali rilevanti. Il-korpi nazzjonali jagħmlu din l-informazzjoni aċċessibbli għaċ-ċentri għal kontra l-velenu sabiex ikunu jistgħu jagħtu pariri liċ-ċittadini jew lill-persunal mediku f’każ ta’ emerġenza. L-Anness VIII tar-Regolament CLP, adottat f’Marzu 2017, jiddefinixxi r-rekwiżiti armonizzati għan-notifiki taċ-Ċentri għal kontra l-Velenu (PCN) applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan is-sit web tnieda mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) biex jgħin lil kumpaniji, korpi nazzjonali u ċentri għal kontra l-velenu bir-rekwiżiti l-ġodda billi jipprovdi l-għodod, gwida u appoġġ.