Declaring concentrations under Annex VIII to CLP Regulation

Nested Applications

Declaring concentrations under Annex VIII to CLP Regulation

Dikjarazzjoni tal-konċentrazzjonijiet

L-Anness VIII tar-Regolament CLP għandu dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni pprovduta dwar il-konċentrazzjoni ta’ komponenti ta’ taħlita (sustanzi jew taħlita f’taħlitiet). Japplikaw dispożizzjonijiet differenti għal komponenti perikolużi li jitqiesu ta’ tħassib serju u għal komponenti perikolużi oħra u komponenti mhux ikklassifikati bħala perikolużi. Din id-distinzjoni hija definita fit-taqsima 3.4 tal-Parti B tal-Anness VIII. Il-preżentatur huwa meħtieġ li jipprovdi l-konċentrazzjoni jew il-medda tal-konċentrazzjoni ta’ kull komponent skont il-klassi ta’ periklu.

Bidliet fil-kompożizzjoni

Bidliet fil-kompożizzjoni u l-effett fuq l-UFI

Meta tiġi ddikjarata l-konċentrazzjoni eżatta ta’ komponent ta’ taħlita, it-tibdil fil-valur eżatt huwa permess fi ħdan ċerti limiti mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li jiġi ppreżentat aġġornament u jinħoloq UFI ġdid.

Il-varjazzjonijiet permessi huma elenkati fit-tabella 4 li ssegwi t-tieni emenda tal-Anness VIIII (Tabella 4 ta’ hawn taħt). Jekk il-konċentrazzjoni l-ġdida taqbeż il-varjazzjoni permessa, huwa meħtieġ aġġornament u għandu jinħoloq UFI ġdid. Jekk il-preżentazzjoni l-oriġinali għat-taħlita tkun saret skont medda tal-konċentrazzjoni, il-kompożizzjoni l-ġdida għandha tikkonforma mal-medda tal-konċentrazzjoni oriġinali. Inkella, ikun meħtieġ aġġornament u UFI ġdid. Għalhekk, din it-tabella tapplika biss għall-preżentazzjonijiet li jsiru skont il-konċentrazzjoni eżatta.

Tabella 4: Varjazzjonijiet fil-konċentrazzjoni ta’ komponent li teħtieġ aġġornament fil-preżentazzjoni

Il-konċentrazzjoni eżatta ta’ komponent li jinsab fit-taħlita (%) Varjazzjoni (±) fil-konċentrazzjoni inizjali ta’ komponent li teħtieġ aġġornament fil-preżentazzjoni
> 25 - ≤ 100 5 % 
> 10 - ≤ 25 10 % 
> 2.5 - ≤ 10 20 % 
≤ 2.5 30 %