Ipprepara u ssottometti Notifika taċ-Ċentri għal kontra l-Velenu

Portal ta’ Sottomissjoni tal-ECHA test ta’ fuq nett

IUCLID (Bażi tad-data Internazzjonali għall-Informazzjoni Kimika Uniformi) hija applikazzjoni ta’ software li jiġġestixxi data dwar il-karatteristiċi intrinsiċi u perikolużi tas-sustanzi kimiċi. Huwa l-format użat kemm mill-korpi regolatorji kif ukoll mill-industrija kimika fl-implimentazzjoni ta’ diversi programmi regolatorji. Il-format ta’ notifika taċ-ċentru għal kontra l-velenu (PCN) huwa subsett tal-format IUCLID u jintuża biex titħejja informazzjoni dwar taħlitiet ikklassifikati għal perikli fiżiċi jew tas-saħħa skont l-Artikolu 45 u l-Anness VIII għar-Regolament CLP.

Il-cloud tal-ECHA huwa servizz online li jippermetti lill-kumpaniji bbażati fl-UE jħejju u jissottomettu d-dossiers tal-PCN fil-format IUCLID. Biex tuża s-servizz, jeħtieġ li l-ewwel toħloq Kont tal-ECHA u li taċċetta t-Termini u l-Kundizzjonijiet. Billi taħdem fil-Cloud, tista’ taqleb liberament bejn is-servizz tal-Cloud tal-IUCLID għat-tħejjija tad-dossiers tiegħek, u l-Portal għas-Sottomissjoni tal-ECHA għas-sottomissjoni. 

link għall-portal ta’ Sottomissjoni tal-ECHA

Appoġġ ewlieni għat-tħejjija u għas-sottomissjoni tal-PCN

 

Minbarra l-Cloud tal-IUCLID, huwa possibbli wkoll li jitħejja dossier tal-PCN offline bl-użu tal-verżjoni desktop jew tas-server tal-IUCLID 6 li titniżżel mis-sit web tal-IUCLID. Ftakar li għandek tiżgura li qed tuża l-aħħar verżjoni tal-IUCLID 6 fl-istanza ta’ ħidma tiegħek. Id-dossiers maħluqa offline jistgħu jittellgħu aktar tard fil-portal. 

Ir-regoli ta’ validazzjoni awtomatizzati tal-PCN, jew il-kontrolli, isiru fuq id-dossier fil-portal fiż-żmien tas-sottomissjoni. Tista’ tuża l-għodda ta’ validazzjoni fl-IUCLID biex tiċċekkja d-dossier tiegħek qabel ma tissottometti. Ladarba d-dossier ikun għadda mill-kontrolli ta’ validazzjoni, in-notifika ssir disponibbli għall-Korpi Maħtura rilevanti tal-Istati Membri li jaċċessaw l-informazzjoni jew permezz tas-servizz tal-eDelivery jew permezz tal-Bażi tad-Data ta’ Notifika taċ-Ċentru għal Kontra l-Veleni.

 

Il-portal ta’ sottomissjoni tal-ECHA jiffaċilita l-proċess ta’ sottomissjoni, madankollu, aktar informazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali ta’ sottomissjoni, it-tariffi, il-kriterji ta’ aċċettazzjoni u l-iskedi ta’ żmien huma fid-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru. Għal aktar dettalji, ara d-dokument ewlieni Ħarsa ġenerali lejn id-deċiżjonijiet tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-Anness VIII għar-Regolament CLP.

 

Il-kumpaniji jistgħu wkoll itellgħu u jissottomettu notifiki fl- ambjent tat-test tal-Portal tas-Sottomissjoni tal-ECHA - daqslikieku kienu fil-portal uffiċjali. L-esperjenza sħiħa tal-utent tippermetti li jiġu ttestjati xenarji differenti ta’ sottomissjoni u li jsiru kontrolli sħaħ ta’ validazzjoni għad-dossiers. Uża l-ambjent tat-test biex tivverifika kif jaħdem il-portal, mingħajr ma korpi maħtura u ċentri għal kontra l-veleni jirċievu data qarrieqa jew data tat-test.