Żomm l-informazzjoni aġġornata

Żomm l-informazzjoni aġġornata

L-informazzjoni inkluża f’sottomissjoni magħmula lil korp maħtur trid tirrifletti b’mod preċiż il-prodott fis-suq f’kull ħin. Kull meta l-prodott tiegħek jinbidel b’mod li jikkonċerna r-rekwiżiti ta’ informazzjoni, dan jeħtieġ li jiġi rifless f’aġġornament tas-sottomissjoni eżistenti.

Żviluppa proċessi adattati għall-iskop għall-monitoraġġ u għall-ġestjoni tat-tibdil u żgura li l-informazzjoni kollha fir-rigward tat-tibdil fil-portafoll tal-prodott, il-formulazzjonijiet, u l-klassifikazzjoni u t-tikkettar jitqiesu mhux biss għas-sottomissjoni inizjali, iżda wkoll għal aġġornamenti futuri.

F’xi każijiet, l-aġġornamenti tas-sottomissjoni jissostitwixxu informazzjoni mhux aġġornata b’informazzjoni ġdida, bħal meta:

  • tibdel in-numru ta’ emerġenza 24/7 meħtieġ għal preżentazzjoni limitata;
  • tkun inbidlet il-klassifikazzjoni tat-taħlita.

F’każijiet oħra, l-aġġornamenti se jżidu mal-informazzjoni li diġà hija pprovduta, li tibqa’ rilevanti għaċ-ċentru għal kontra l-velenu, pereżempju:

  • tibdel l-isem tal-prodott tiegħek (iżda l-kompożizzjoni tat-taħlita tibqa’ l-istess);
  • tippakkja l-prodott tiegħek mill-ġdid f’tip ta’ imballaġġ ġdid;
  • issir disponibbli informazzjoni tossikoloġika ġdida.

Jekk il-kompożizzjoni tat-taħlita tiegħek tinbidel, inti trid:

  1. tiġġenera UFI ġdid;
  2. tibdel l-UFI fuq il-prodott; u
  3. tagħmel aġġornament ta’ sottomissjoni li jirrifletti l-bidliet kollha.

 

Keep the information up to date - links