Kun af ir-rekwiżiti standard tal-informazzjoni

X’inbidel?

X’inbidel?

L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni tfisser li r-rekwiżiti nazzjonali eżistenti fl-UE kollha ġew sostitwiti b’sett wieħed ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni u b’format wieħed ta’ sottomissjoni tad-data, il-format ta’ Notifika taċ-Ċentri għal kontra l-Velenu (PCN).

Xi rekwiżiti ta’ informazzjoni jistgħu jkunu ġodda meta mqabbla ma’ obbligi preċedenti li kienu japplikaw fil-livell nazzjonali. Jaf tkun teħtieġ tiġġenera informazzjoni ġdida jew taġġusta l-informazzjoni eżistenti għall-format PCN.

Industry steps 2 illustration

Industry UsersSubmitter details UFI16 characters HarmonisedNew format MixturesClassification and labellingToxicological informationpH, form, physical stateMixture composition ProductsConsumer/professional/industrialPackaging type/sizeProduct categoryColour

Rekwiżiti ta’ informazzjoni -2

L-identifikatur uniku tal-formula (UFI) huwa rekwiżit ġdid tas-sottomissjoni u element ġdid fuq it-tikketta li huwa deskritt fid-dettall f’pass 4. Eżempju ta’ UFI fil-format korrett huwa YV9K-3J9A-G209-C2T7. L-UFI jistabbilixxi rabta inekwivoka bejn l-informazzjoni li tipprovdi dwar taħlita permezz tan-notifika u l-prodott korrispondenti mqiegħed fis-suq, li tgħin biex tiżgura li reazzjoni ta’ emerġenza xierqa relatata mas-saħħa tiġi identifikata malajr fil-każ ta’ inċident.

Se tkun meħtieġa l-kompożizzjoni kimika sħiħa tat-taħlita. Dan ifisser li trid tindika l-konċentrazzjonijiet preċiżi jew il-firxiet tal-konċentrazzjoni għal komponenti perikolużi u mhux perikolużi. Dan huwa aktar mill-informazzjoni li normalment tkun preżenti fi skeda ta’ data ta’ sigurtà.

Il-klassifikazzjoni u t-tikkettar għat-taħlita/għall-prodott finali huma meħtieġa – flimkien ma’ dan, l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni kemm tas-sustanza kif ukoll tat-taħlita fil-komponenti tat-taħlita (MiM) (inklużi s-sustanzi li jinsabu fil-MiM ukoll) jeħtieġ li tiġi pprovduta wkoll.

Se jkun meħtieġ li tiġi pprovduta l-informazzjoni tossikoloġika għat-taħlita. Din l-informazzjoni se jkun meħtieġ li tiġi pprovduta bħala test liberu, u normalment tkun disponibbli fit-Taqsima 11 ta’ skeda ta’ data ta’ sigurtà.

Kategorija ta’ prodott trid tiġi assenjata għall-prodott abbażi tal-użu maħsub ewlieni tiegħu – pereżempju, deterġent tal-ħasil tal-platti, adeżiv, żebgħa dekorattiva – skont is-sistema Ewropea tal-kategorizzazzjoni ta’ prodott (EuPCS).

Is-sottomissjonijiet kollha jridu jinkludu wkoll informazzjoni li tidentifika lil min ikun qed jibgħat l-informazzjoni, il-prodott (eż. l-isem kummerċjali, l-imballaġġ, il-kulur) u jekk it-taħlita hijiex għall-użu mill-konsumatur, professjonali jew industrijali.

Information requirements - step 3