Kun af il-portafoll tiegħek

Kun af il-portfall tiegħek - 2

Ladarba tkun identifikajt obbligu u tkun familjari mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni standard, ikun wasal iż-żmien biex tagħti titwila lejn il-portafoll tal-prodotti tiegħek.

L-ewwel, identifika liema prodotti ġew notifikati preċedentement u l-pajjiżi fejn jitqiegħdu fis-suq. Il-lingwa użata fis-sottomissjoni għandha tkun dik tal-Istat Membru fejn titqiegħed fis-suq it-taħlita.

Stabbilixxi t-tip, jew it-tipi, ta’ użu ta’ kull prodott, peress li dan jiddetermina d-data ta’ applikabbiltà rilevanti u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni. Hemm tliet tipi ta’ użu differenti:

  • Konsumatur jew professjonali – data ta’ konformità minn Jannar 2021
  • Industrijali – data ta’ konformità minn Jannar 2024

Jekk prodott ikollu aktar minn użu wieħed mill-użi msemmija hawn fuq – kemm permezz ta’ użu dirett kif ukoll permezz tal-preżenza tiegħu fi prodott immanifatturat aktar ’il quddiem fil-katina ta’ provvista – tapplika d-data ta’ applikabbiltà l-aktar bikrija (Ara l-istadju 1 “Kun af l-obbligi tiegħek”). Komunikazzjoni effettiva kemm upstream kif ukoll downstream fil-katina ta’ provvista tiżgura li l-atturi kollha qed iżommu l-informazzjoni attwali kollha dwar it-taħlita.

Sottomissjoni limitata

Għal taħlitiet użati f’siti industrijali biss, sottomissjoni limitata hija opzjoni li tippermettilek tipprovdi informazzjoni li, fir-rigward tal-kompożizzjoni, hija limitata għal dak li jinsab fl-iskeda ta’ data ta’ sigurtà. Innota li skeda ta’ data ta’ sigurtà f’sottomissjoni standard jew limitata mhijiex rekwiżit ta’ informazzjoni u l-format armonizzat xorta jrid jiġi rispettat. Madankollu, jekk tuża l-opzjoni ta’ sottomissjoni limitata, trid tipprovdi numru tat-telefon 24/7 għal aċċess rapidu għall-informazzjoni f’każ ta’ inċident.

Sottomissjoni fi grupp

Tista’ tagħżel sottomissjoni fi grupp, li tgħaqqad bosta taħlitiet flimkien taħt sottomissjoni waħda. It-taħlitiet kollha fis-sottomissjjoni fi grupp iridu jappartjenu għall-istess klassifikazzjoni għal perikli għas-saħħa tal-bniedem u fiżiċi, u jkollhom l-istess kompożizzjoni tat-taħlita (għalkemm din tista’ tkun differenti fir-rigward ta’ fwejjaħ taħt kundizzjonijiet speċifiċi).

Sottomissjoni volontarja

Ikkunsidra sottomissjoni volontarja għal taħlitiet meta ma jkun hemm l-ebda obbligu li tissottometti informazzjoni, prinċipalment, taħlitiet mhux perikolużi jew taħlitiet ikklassifikati għall-ambjent biss. Sottomissjoni volontarja tista’ tkun utli jekk il-prodott tiegħek se jiġi inkorporat f’taħlita li hija kklassifikata bħala perikoluża għal perikli għas-saħħa tal-bniedem u fiżiċi. B’dan il-mod, sottomissjoni volontarja tista’ tgħin biex tipproteġi l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali tiegħek bħall-kompożizzjoni tat-taħlita tiegħek, billi tippermettilek tipprovdi din l-informazzjoni lill-klijenti tiegħek permezz tal-UFI biss. Madankollu, it-tqegħid tal-UFI fuq it-tikketta huwa fakultattiv.

Know your portfolio - links

Know your portfolio - step 4