Ipprepara s-sottomissjoni tiegħek

Ipprepara s-sottomissjoni tiegħek

L-ECHA stabbilixxiet format armonizzat ta’ Notifika taċ-Ċentri għal Kontra l-Velenu (PCN) għas-sottomissjoni tal-informazzjoni meħtieġa liċ-ċentri għal kontra l-velenu. Il-format huwa disponibbli online.

Il-Portal ta’ sottomissjoni tal-ECHA, disponibbli fuq is-sit web taċ-Ċentri għal Kontra l-Velenu tal-ECHA, huwa għodda online għat-tħejjija u s-sottomissjoni tal-informazzjoni skont il-format armonizzat. L-ECHA pprovdiet tliet modi differenti kif wieħed iħejji għas-sottomissjoni tal-informazzjoni liċ-ċentri għal kontra l-velenu.

  • Il-Cloud tal-IUCLID għall-utenti li jixtiequ jħejju n-notifiki tagħhom online.
  • Fl-IUCLID 6 permezz ta’ interfaċċa speċifika tal-PCN li tassisti lill-utenti li jixtiequ jħejju l-informazzjoni tagħhom offline. In-notifiki jistgħu jiġu sottomessi permezz tal-funzjonalità tat-tlugħ u tas-sottomissjoni fil-Portal ta’ sottomissjoni tal-ECHA.
  • Integrazzjoni ta’ sistema għal sistema għall-utenti avvanzati li jixtiequ jeditjaw direttament fil-format XML eż. fejn is-sistemi tal-industrija jiġġeneraw id-data b’mod awtomatiku. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq il-paġna ddedikata għall-format PCN.

Id-dossier tiegħek jista’ jiġi sottomess mill-Portal ta’ sottomissjoni tal-ECHA u jsir disponibbli għall-korpi maħtura tal-Istati Membri rilevanti. Xi Stati Membri jistgħu wkoll joffru l-possibbiltà li tippreżenta l-informazzjoni lilhom direttament permezz tas-sistemi ta’ sottomissjoni nazzjonali tagħhom stess.

Is-sottomissjonijiet kollha jeħtieġ li jaderixxu mal-format armonizzat PCN irrispettivament minn liema mod ta’ sottomissjoni jintuża. L-ECHA kkumpilat informazzjoni dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-proċess ta’ sottomissjoni – tista’ ssir taf liema Stati Membri se jaċċettaw sottomissjonijiet biss permezz tal-ECHA, liema Stati Membri jimponu tariffa u meta tista’ tibda tinnotifika skont ir-regoli l-ġodda — ara l-prospett tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri.

Il-Portal ta’ sottomissjoni tal-ECHA jappoġġa sottomissjonijiet ta’ diversi swieq, li jfisser li jistgħu jsiru notifiki multipli b’mod effiċjenti b’sottomissjoni waħda lill-Istati Membri kollha fejn il-prodott jkun se jitqiegħed fis-suq. Innota li l-kampijiet kollha ta’ test liberu, jiġifieri l-informazzjoni tossikoloġika, xorta se jirrikjedu li ddaħħal informazzjoni manwalment fil-lingwi rilevanti kollha.

Aktar informazzjoni dwar il-Portal ta’ sottomissjoni tal-ECHA hija disponibbli fuq il-paġna web iddedikata fuq is-sit web taċ-Ċentru għal Kontra l-Velenu tal-ECHA.

Prepare your submission - step 7